Żagħżugħ ta’ 16-il sena residenti Ħal Qormi weġġa’ gravi wara li ntalaqt minn karozza fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.
L-inċident seħħ ilbieraħ għal ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li ż-żagħżugħ intlaqat minn Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 71 sena residenti Ħal Qormi wkoll.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.