Raġel ta’ ħamsin sena, li joqgħod Kerċem, sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ sular waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar f’residenza privata fi Triq izż-Żewwieqa, Għajnsielem.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.