L-ambaxxatur ta’ Malta għall-Ġappun, Andrè Spiteri, iffirma l-ktieb tal-kondoljanzi f’ġieħ l-eks Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe. Il-ktieb jinsab fil-kwartieri tal-Partit Liberali Demokratiku, il-partit li għalih kien jappartjeni. Abe nqatel kiesaħ u biered nhar il-Ġimgħa waqt attività tal-kampanja elettorali fil-belt ta’ Nara fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Huwa kellu 67 sena.
Sandro Mangion
Sandro Mangion huwa l-Kap ta' ONE News. Huwa ggradwat fl-Istudji tal-Komunikazzjoni u fil-Liġi tal-Unjoni Ewropea. Għandu esperjenza ta' bosta snin fil-ġurnaliżmu, ix-xandir, u r-relazzjonijiet pubbliċi, fl-istituzzjonijiet Ewropej, u f'segretarjati privati ta' membri tal-Kabinett tal-Ministri. Serva wkoll bħala l-Uffiċjal responsabbli mir-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-President ta' Malta. Ma jgħaddix mingħajr il-qari u s-safar u għandu interess speċjali fil-mikronazzjonaijiet, il-fruntieri anomali, u t-territorji li dwarhom hemm it-tilwim.