Ġiet fit-tmiema l-avventura ta’ Hibernians FC fil-UEFA Champions League meta t-Tlieta filgħaxija fic-Centenary Stadium ġew miżmuma minn Shamrock Rovers tal-Irlanda f’parita ta’ 0 – 0 biex it-tlett gowls skurjati fl-ewwel leg kienu biżżejjed għal Shamrock Rovers sabiex jikkwalfikaw għar-rawnd li jmiss.
Manfredas Lukjančukas mill-Federazzjoni tal-Litwanja kkontrolla l-partita.
L-opportunitajiet ta’ skor tul il-konfront kienu minimi bl-Irlandiżi jagħrfu jikkontrollaw il-vantaġġ li kellhom minkejja l-ammont ta’ pussess tal-ballun li Hibernians FC kellhom tul il-partita kollha.
Din kienet l-ewwel partita ta’ Andrea Pisanu fit-tmexxija ta’ Hibernians FC wara li fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet ħa f’idu t-tmexxi taċ-ċampjins Maltin.
Din l-eliminazzjoni tfisser li issa Hibernians FC jilgħabu fil-UEFA Europa Conference League kontra Levadia Talinn tal-Estonja.