Il-President tas-Sri Lanka ħarab minn pajjiżu fuq ajruplan militari, fl-isfond ta’ protesti kbar madwar il-pajjiż kollu minħabba kriżi ekonomika.
Huwa ħarba ma’ martu flimkien ma’ żewġ uffiċċjali tas-sigurtà. Dan it-tluq jimmarka l-aħħar mumenti ta’ tmexxija mill-familja tal-istess President, liema familja mexxiet lis-Sri Lanka għal għexieren ta’ snin.
Huwa kien qed jistaħba mill-poplu tiegħu wara li nhar is-Sibt li għadda mijiet ta’ protestanti daħlu fir-residenza tiegħu, u lbieraħ stess huwa qal li se jkun qed jirriżenja.
Sors li tkellem mas-sit BBC qal li għadu mhux magħruf fejn se jgħix il-President, hekk kif huwa mistenni li jmur f’pajjiżi differenti.