Ir-raġel li ttella’ mejjet ħmistax ilu mill-Qawra għadu ma ġiex identifikat.
Dan ikkonfermatu l-Pulizija b’rabta mal-katavru li ttella’ nhar it-28 ta’ Ġunju wara li intlemaħ f’qiegħ il-baħar fl-inħawi tal-Ponta tal-Qawra.
Dakinhar intalbet l-assistenza tal-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati.
Il-mewt tar-raġel ma tidhirx waħda suspettuża.
Bħalissa għaddejja Inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Astrid May Grima filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aqra wkoll: