Fl-aħħar jiem smajna l-istorja ta’ Horace, kelb tar-razza boxer li safa vittma ta’ abbuż u li saħansitra nstabulu fdalijiet taċ-ċomb f’rasu. Dan il-kelb kien maħqur mill-bniedem, qatawlu denbu u saħanistra użaw imqass jew makkinarju biex jaqtgħulu widnejh.
Fuq il-programm pjazza tkellmet Rosalind Agius mill-AAA (Assoċċjazzjoni għall-annimali abbandunati), fejn spjegat li quddiem dawn ix-xeni m’għadhomx jibku għax jiltaqgħu ma klieb abbużati kuljum u għalhekk fadlilhom biss rabja għal dawk li jaslu jagħmlu dawn l-atti.
Tispikka post li poġġiet fuq facebook, li minn flusha se tkun qed toffri €700 jekk xi persuna għandha informazzjoni dwar il-persuna li sparat u għamlet dawn l-atti ta’ abbuż fuq dan il-kelb. Hija wegħdet li se tkun qed iżomm kollox kunfidenzjali iżda l-ikbar xewqa tagħha hi li ssir ġustizzja.
L-assoċċjazzjoni għal annimali abbandunati m’għandha l-ebda informazzjoni dwar sid il-kelb hekk kif ma kellux ċippa, li fuqha jkun hemm din l-informazzjoni.