Elena Rybakina hija r-rebbieħa tal-Open ta’ Wimbledon hekk kif fil-finali is-sibt wara nofs-in nhar għelbet lit-tuneżina Ons Jabeur żewġ 2-1. Rybakina, li għandha 23 sena, hija l-iżgħar tennista li rebħet dan it-turnament mil-2011 ‘l hawn u saret l-ewwel tennista mill-Kazakhstan li qatt rebħet titlu tal-Grand Slam.
Kienet Jabeur li rebħet l-ewwel set 6 għal 3. Biss Rybakina kellha reazzjoni qawwija biex rebħet iż-żewġ sets ta’ wara, rispettivament 6-2 u 6-2.
Intant għada tintlagħab il-finali tal-Individwali tal-Irġiel bejn Novak Djokovic u Nick Kyrgios.