Nigerjan ta’ 24 sena nżamm arrestat wara li ġie akkużat bi vjolenza domestika fuq raġel ieħor li kien qiegħed joqgħod taħt l-istess saqaf miegħu.
Fil-Qorti, Michael Ehiafanmere Inetianbor ġie mixli li darab lill-allegat vittma permezz ta’ strument li jaqta’ u bil-ponta.
Huwa ġie akkużat ukoll li ħebb u hedded raġel ieħor, li mar iferraq liż-żewġ persuni.
Dan il-każ allegatament seħħ bejn is-seba’ u t-tmienja ta’ Lulju.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.