Tard il-Ġimgħa filgħaxija Hibernians FC ħabru li l-kowċ Stefano Sanderra kien qed jħalli lit-tim wara erba’ snin fit-tmexxija hekk kif intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ naħat sabiex jinħall minn kull rabta li kellu minkejja li kien għadu kemm iffirma kuntratt ġdid ftit tal-ġimgħat ilu.
Sanderra ser jkompli bil-karriera tiegħu fl-Italja hekk kif ser ikun qed jmexxi lit-tim tal-Primavera ta’ S.S. Lazio.
Bla dubju Sanderra ser jibqa imfakkar għat-tmexxija u lis-still tiegħu bl-aktar suċċess riċenti jkun ir-rebħ tal-Kampjonat Premier tal-istaġun li għadu kif intemm.
Intant illejla stess Hibernians FC ħabru li post Sanderra ser ikun qed jieħdu l-ex kowċ ta’ Sliema Wanderers Andrea Pisanu. Pisanu ma’ għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni għal futbol Malti wara esperjenzi qosra ma’ Melita FC u Balzan FC bl-aktar esperjenza riċenti tkun dik ma’ Sliema Wanderers.