Wara baraxx ta’ riżenji mill-kabinett tal-Ministri tiegħu, il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, għadu kif ħabbar ir-riżenja tiegħu mill-kariga ta’ kap tal-partit Konservattiv.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem 10 Downing Street, Johnson qal li se ibqa’ jservi bħala Prim Ministru sakemm il-partit jagħżel lis-suċċessur tiegħu.
L-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Johnson ilha xhur mgħarrqa minn għadd ta’ skandli.