Raġel ta’ 38 sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li fil-Qorti ammetta li ħebb għal ħames membri tal-familja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti ntqal kif fl-14 ta’ Ġunju li għadda fis-Siġġiewi ta fastidju lill-qraba tiegħu, beżżagħhom u heddidhom.
Huwa ġie mixli wkoll li fuqu kellu d-droga kokaina u li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar.
Isem l-akkużat ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, biex tiġi protetta l-identità tal-qraba.