Meta sar Prim Ministru għall-ewwel darba, f’ċirkostanzi xejn faċli, Robert Abela sab ma’ wiċċu pandemija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa reġa’ ngħata t-tmexxija tal-pajjiż f’mument meta d-dinja qed taffaċċja gwerra: xhieda ta’ kif il-ħila li wera fit-tmexxija f’dawn il-mumenti wasslet biex saħansitra kabbar il-maġġoranza tal-Partit Laburista f’Marzu li għadda.
Illejla, waqt programm speċjali dwar l-ewwel mitt jum ta’ Gvern ġdid wara l-aħbarijiet fuq ONE, se nagħtu ħarsa lejn dan u ħafna iżjed.
Se nisimgħu l-opinjoni tal-edituri, opinjonisti u sħab soċjali dwar it-tmexxija ta’ Robert Abela u kif, quddiem sfidi kontinwi, bqajna naraw tmexxija ffukata fuq il-ħtieġa li Malta tibqa’ miexja ’l quddiem.