Raġel ta’ 29 sena weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku x-Xewkija, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu fi Triq Ta’ Lambert.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda CRF300LA, misjuq minn raġel ta’ 29 sena resident l-Qala’, u karozza Ford Ka, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 47 sena residenti Għajnsielem.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.