L-atleta Matthew Galea Soler għadda għall-finali tal-400 metru waqt il-Kampjonati tal-Ewropa U18 li qed isiru f’Ġerusalem.
Galea Soler kellu ħin ta’ 49.06 sekondi li huwa 0.03 sekondi aħjar mir-rekord nazzjonali tiegħu stess.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa se jkun qed jikkompeti fil-finali nhar l-erbgħa.
Intant fl-istess kampjonati, Nicolai Bonello għadda mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-Pole Vault.