Ingliża ta’ 66 sena tilfet ħajjitha wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum f’Buġibba.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa fl-inħawi ta’ Triq Dawret il-Gżejjer, Buġibba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li xi persuni lemħu lill-mara wiċċha l’isfel fl-ilma. Persuni li kienu fil-viċin u lifeguards tellaw lill-mara mill-baħar u tawha l-ewwel għajnuna sakemm wasal tim mediku.
Il-vittma, li aktar tard irriżultat li hija Ingliża ta’ 66 sena sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.