Xufier ta’ taxi bl-isem ta’ Amin, qala’ kull tip ta’ ringrazzjament wara li mara li kienet muġugħa kawża tal-fibromajalġja, kitbet dwar il-ġest nobbli li wettaq magħha.
Dan hekk kif wara li kellha attakk tal-fibromajalġja u ma setgħetx timxija sal-ispiżerija, ibbukjat taxi biex twassalha u tixtri l-mediċina u toħodha lura d-dar.
F’kitba fuq Facebook hi kitbet kif kelma ġġib oħra, spiċċat f’konverżazzjoni ma’ Amin fejn spjegatlu għalfejn sejra l-ispiżerija fost oħrajn.
Spjegat kif wara li wassalha lura d-dar, hi marret biex tħallas bil-kard tal-bank iżda Amin qalilha li l-vjaġġ lest imħallas. Għall-ewwel hi tħasbet hekk kif kienet ċerta li ma ħalsitx minn qabel, u għalekk reġgħet qaltlu biex jiċċekkja jekk ħalsitx.
Minn hemm hu dlonk qalilha li l-vjaġġ ħallasulha hu u li ma kien hemm l-ebda żball hekk kif ra li hi mara b’qalba tajba u ried jagħmel ġest nobbli magħha.
Minn hemm hi minkejja li insistiet biex tħallsu, hu baqa’ sod fid-deċiżjoni tiegħu u minn hemm irringrazzjatu hekk kif verament qatt ma kienet qed tistenniha.
Kienu għexieren ta’ persuni li kkummentaw taħt il-kitba tagħha fejn faħħru l-ġest ta’ dan ix-xufier, b’uħud sostnew kif din l-istorja ħolqitilhom tbissima fuq wiċċhom.