Matul il-jiem li ġejjin erba timijiet Maltin ser ikunu qed jikkompettu f’kompetizzjonijiet Ewropej.
Hibernians FC, Floriana FC, Hamrun Spartans FC u Gzira United FC huma l-erba timijiet li fil-ġranet li ġejjin ser ikunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-kompetizzjonijiet Ewropej.
Ic-Ċampjins tal-Kampjonat Premier Hibernians bħalissa jinsabu l-Irlanda fejn għada ser jiffaċċjaw lill-Shamrock Rovers fl-ewwel rawnd ta’ kwalifiazzjoni tal-UEFA Champions League. Din il-partita ser tintlagħab fit-Tallaght Stadium f’ Dublin u ser tkun ikkontrollata mir-referi mid-Danimarka Morten Krogh.
Għall-partita ta’ għada Hibernians ser ikunu mingħajr Ferdinando Apap, Andrei Agius, Jake Grech u Bjorn Kristensen li kollha ser ikunu qed jiskontaw l-ewwel minn diversi partiti ta’ sospensjoni.
Shamrock Rovers kontra Hibenrians għada fi 20:30.
Għada wkoll fl-azzjoni Gzira United li fic-Centenary Stadium ser jiffaċċjaw lill-Atlètic Club d’Escaldes ta’ Andorra. Din il-partita hija valida mill-ewwel rawnd tal-UEFA Conference League u ser tkun ikkontrollata mir-referi mill- Armenja Zaven Hovhannisyan. Il-konfront jibda fil-19.00.
Il-Ħamis jidħlu fl-azzjoni Hamrun Spartans u Floriana li wkoll ser jipparteċipaw fil-UEFA Conference League.
Hamrun Spartans ser jibdew din l-avventura barra minn xtutna kontra Alashkert ta’ l-Armenja. Din il-partita ser tkun qed tintlagħab fir-Republican Stadium f’Yerevan u ser tkun ikkontrollat mir-referi Grieg Vassilis Fotias.
Alashkert kontra Hamrun Spartans, il-Ħamis fil 17:00.
Floriana FC, rebbieħa tal-FA Trophy, ser ikunu qed jibdew l-impenji tagħhom f’pajjiżna kontra Petrocub tal-Maċedonja. Din il-partita ser tintlagħab fic-Centenary Stadium u ser tkun ikkontrollata ir-referi mir-Repubblika Ceka Pavel Orel.
Floriana FC kontra Petrocub il-Ħamis fi 19:00.
Ritratt: Hibernians FC Media / Floriana FC Media / Hamrun S FC Media / Gzira U. FC Media