It-team nazzjonali malti tal-Basketball tan-Nisa spiċċa fit-tielet post tal-Kampjonat tal-Pajjiżi ż-Żgħar li ntemm illum f’Nicosia Ċipru. Malta tilfet l-aħħar logħba tagħha kontra n-Norveġja bi skor ta’ 48 għal 64. Il-maltin kienu qed ifittxu rebħa li kienet tkun tfisser il-midalja tal-bronż f’dan il-kampjonat, wara li l-bieraħ it-team malti tilef kontra Ċipru li kienu l-ewwel fil-grupp.
Fil-logħba kontra n-Norveġja, il-maltin bdew tajjeb u f’xi mumenti taw sfida qawwija. Maltin li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 18 għal 14. Iżda l-avversarji ħarġu aktar aggressivi fit-tieni sessjoni tant li rebħu 21 għal 9. Aktar kumbattuti l-aħħar żewġ sessjonijiet. Sessjonijiet li ntrebħu t-tnejn li huma min-Norveġja rispettivament 14 għal 11, 15 għal 10.
L-aħjar skorer għal Malta kienet Sophie Abela bi 13-il punt, segwieta minn Ashleigh Van Vliet bi 12-il punt.
It-team malti kien immexxi mill-kowċ Angela Adamoli.