It-team nazzjonali malti tal-irġiel għadda għall-finali tal-Kampjonat tal-Pajjiżi ż-Żgħar hekk kif fis-semifinali li ntlagħbet is-sibt wara nofs -in nhar f’Ta’ Qali, għeleb lill-Azerbaijan bl-iskor ta’ 59 għal 52.
Kienet semifinali kumbattuta, bit-team malti jibda tajjeb u jirbaħ l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 16 għal 12. L-Azerbaijan irreaġixxew fit-tieni sessjoni hekk kif ħarġu rebbieħa 15 għal 12 għal skor totali ta’ 28 għal 27 favur Malta sal-intervall.
Il-logħba żvolġiet f’waħda eċċitanti wara l-intervall. Pero l-aħħar żewġ sessjonijiet ġew mirbuħa mill-maltin rispettivament 11-8 u 20-17.
L-aħjar skorer għal Malta kien Samuel Deguara bi 18-il punt, segwiet minn Tevin Falzon b’16-il punt u Nelson Kahler b’14-il punt.
Fil-finali Malta tilgħab kontra r-rebbieħ tas-semifinali l-oħra li qed tintlagħab aktar tard illum bejn Armenja u Andorra.
Il-finali tintlagħab għada l-Ħadd fis-6.30 ta’ filgħaxija.