Lisa Cassar Shaw ġiet maħtura bħala l-Kap Eżekuttiv l-ġdid għall-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali.
Din l-awtorità, forst l-oħrajn, tirregola l-istandards fi djar u faċilitajiet ta’ kura għall-anzjani.
Fi stqarrija ntqal li Cassar Shaw se tibda tokkupa din il-kariga min-nhar it-Tnejn li ġej.
Cassar Shaw hija gradwata fit-Turiżmu, fil-Management kif ukoll fl-Innovazzjoni u l-Intrapriża.
Hija qiegħda tikkonkludi wkoll l-aħħar stadju tad-Dottorat fix-xjenza soċjali.
Is-Sinjura Cassar Shaw kienet tgħallem kemm fl-Università ta Malta kif ukoll f’istituzzjonijiet edukattivi oħra.
Kienet ukoll tokkupa karigi maniġerjali fin-negozju tal-familja u anke fi proġetti ta’ riċerka
Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela awgura l-ħidma t-tajba lis-Sinjura Cassar Shaw filwaqt li rringrazzja lil Dr Angele Ellul Fenech għall-ħidma li wettqet bħala l-Kap Eżekuttiv preċedenti.