Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, ta l-kelma tiegħu li se jkun qed jipproteġi lin-nisa li jridu jivvjaġġaw biex jagħmlu abort permezz tal-Gvern federali.
Miljuni ta’ nisa fl-Istati Uniti proprju ftit tal-jiem ilu tilfu dritt kostituzzjonali għall-abort, dan wara li l-Qorti Suprema għażlet li tirrevoka deċiżjoni li ttieħdet kważi ħamsin sena ilu fil-każ ta’ Roe vs Wade.
Din id-deċiżjoni wittiet it-triq għal bosta stati fl-Amerika biex jibdew proċess li jipprojbixxu l-proċedura tal-abort.