Raġel ittieħed l-isptar wara li għal xi raġuni, inqaleb bil-vettura fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:00 ta’ filgħodu fi Triq Selmun.
Fuq il-post mar tim mediku mill-isptar Mater Dei li ħa lir-raġel, l-isptar għall-kura.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.