Kapitlu ġdid inkiteb fl-istorja tat-tennis Malti meta t-tennisti Francesca Curmi u Elaine Genovese ġabu midalja tal-fidda fid-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran f’Oran, il-Ħamis 30 ta’ Ġunju.
Għalkemm sofrew telfa kontra d-duo Spanjol Jessica Bouas Maneiro u Guiomar Maristany Zuleta, il-koppja Maltija għandhom biex jkunu kburin speċjalment wara li għelbu lill-aqwa seeds Taljani Nuria Brancaccio u Aurora Zantetedeschi 3-6, 7-6, 11-9 fis-semi-finali tal-Erbgħa li għaddew.
L-Ispanjoli li huma klassifikati fl-livell tajjeb bdew bis-saħħa u rebħu l-ewwel set 6-3. Minkejja dan il-lobgħa kienet ikkontestata bil-ħerqa hekk kif l-erba’ plejers kienu qed jagħtu l-almu tagħhom. Għalkemm il-plejers ta’ Malta ġġieldu b’kuraġġ għal kull punt, l-Ispanjoli wrew b’saħħithom wisq biex rebħu t-tieni setgħal skor finali ta’ 6-3; 6-2.
Din hija l-ewwel darba li Malta ġabet id-dar midalja fit-tennis fil-Logħob tal-Mediterran u ssegwi sensiela ta’ suċċess kbir għal Francesca Curmi li qabel dawn il-Logħob rebħet sensiela ta’ titli fit-tour tal-ITF Junior.