Il-klabbs tal-Premier League ħabbru li ħatru lil Joseph Muscat bħala Chairman tal-Malta Professional Football Clubs Association (MPFCA).
Fi stqarrija ntqal li “Muscat se jkun qed imexxi l-MPFCA biex jigu implimentati riformi li se jwasslu biex tigi ffurmata organizzazzjoni li tmexxi l-Premier League b’ mod separat mill-Malta Football Association (l-MFA), bi ftehim mal-MFA, skont l-istess strategija tal-MFA.”
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-klabbs ħadu vot sigriet bir-riżultat ikun 7 voti favur, 4 voti kontra, u 3 astensjonijiet.
Intqal li l-bidliet li se jiddaħħlu għandhom iwasslu biex il-Premier League isir aktar professjonali u sostenibbli.