It-tmien round tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross itella’ s-Sibt 25 ta’ Ġunju fejn 24 karozza gew reġistrati. Kien Karl Micallef fuq Opel Corsa li iddomina l-ġurnata hekk kif rebaħ it-tliet rounds u il-Finali ta’ Klassi A. Dan kien segwiet minn Terence Azzopardi fuq Opel Tigra, Justin Buttigieg fuq Opel Nova, Ryan Scerri fuq Opel Corsa, Kyle Agius fuq Opel Nova u Jean Paul Grech fuq Peugeot 106.
Il-Finali ta’ Klassi B kienet mirbuħa minn Nickovich Chircop fuq Peugoet 106 segwiet minn Malcolm Borg fuq Citroen C2, b’dan tal-aħħar iżanżan mudell ġdid għall-ASMK. Fit-tielet u r-raba’ post daħlu Dorianne Galea u Jonathan Vella, it-tnejn fuq Ford Fiesta, segwieti minn Omar Schembri fuq Ford Ka u Isaac Agius fuq Opel Corsa.
Għalhekk wara tmien rounds insibu lil Terence Azzopardi fil-quċċata tal-kampjonat fuq Opel Tigra segwiet minn Justin Buttigieg fuq Opel Nova u Karl Micallef fuq Opel Corsa. Id-disa’ round tal-kampjonat ser jitella’ s-Sibt 9 ta’ Lulju fis-7.30 ta’ filgħaxija.