L-atleti maltin bdew l-impenji tagħhom fid-19 -il edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran li qed isir f’Oran l-Alġerija.
Fost l-aktar li spikkaw kien hemm it-tennisti Elaine Genovese u Francesca Curmi li għaddew għas-semifinali tad-doppji meta rebħu l-kwartifinali kontra l-Marokk. Huma rebħu l-ewwel set 7-6. Wara li kienu 5-1 minn taħt fit-tieni set, huma wettqu reazzjoni u dawru r-riżultat biex ħarġu rebbieħa 7-6.
Riżultat tajjeb ukoll fl-isparar Skeet hekk kif Marlon Attard u Marcello Attard għaddew ghall-finali. Wara l-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjoni, Marlon Attard kien qed jaqsam l-ewwel post b’total ta’ 74 plattina minn 75. Min-naħa tiegħu Marcello Attard temm fis-7 post b’total ta’ 71 plattina minn 75.