Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat l’ FISTF International Open ta’ Malta. Għall-ewwel darba dan it-turnament ġie organiżżat minn Ħ’ Attard Subbuteo club.
Il-ġurnata tas-Sibt infettħet bil-kompetizzjonijiet tat-timijiet, fejn kien hemm sitt timijiet qed jipparteċipaw; Valletta Subbuteo club, Ħ’Attard Subbuteo club A u B, Valletta Lions TFC A u B u Bormla Subbuteo club.
Rebbieħa f’din il-kategorija kienu t-tim ta’ Valletta Subbuteo club meta fil-finali għelbu lit-tim ta’ Bormla SC bl-iskor ta’ 3-0. Semifinalisti kienu Valletta Lions TFC tim A u Ħ’Attard Subbuteo club tim A.
Wara segwiet il-kompetizzjoni tal-Veterani. Charlie Aquilina ta’ Bormla Subbuteo club kien ir-rebbieħ ta’ din il-kategorija kontra Adrian Bonnici ta’ Valletta Lions TFC bl-iskor ta’ 2-1. Din il-logħba intrebħet fil-ħin barrani. Semifinalisti f’din il-kategorija kienu Joseph Mifsud ta’ Ħ’Attard Subbuteo club u John Zammit ta’ Bormla Subbuteo club.
Il-Ħadd kien imiss il-kompetizzjoni Open. Din il-kategorija intrebħet minn George Ebejer ta’ Bormla Subbuteo Club. Il-finali kienet kontra Jean Tabone ta’CT Barcellona Motellito u l-iskor kien 2-1. Semifinalisti kienu Jurgen Balzan ta’ ST Stembert u Charlie Aquilina ta’ Bormla Subbuteo club.