Fl-istat Amerikan ta’ South Carolina jiddominaw xeni ta’ kaos bejn dimostranti u pulizija.
Dan hekk kif attivisti pro-choice kif ukoll dawk kontra l-abort niżlu fit-toroq wara li l-Qorti Suprema Amerikana ddeċidiet li l-abort m’għandux jitqies bħala dritt kostituzzjonali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi protesta taħraq, uffiċjal tal-pulizija ħareġ taser iżda l-pulizija saħqet li dan it-taser ma miss ma ħadd.
Sitt persuni ġew arrestati minn mijiet ta’ dimostranti li attendew il-protesti minħabba l-imġieba tagħhom u talli rreżistew l-arrest.