Miljuni ta’ nisa fl-Amerika tilfu d-dritt għall-abort wara li l-Qorti Suprema dawret id-deċiżjoni li ttieħdet ħamsin sena ilu fil-każ magħruf Roe vs Wade.
Permezz ta’ dan l-iżvilupp, l-Istati fl-Amerika se jkunu jistgħu issa jiprojbixxu l-abort.
Fil-fatt qed jiġi rrappurtat li nofs l-istati se jkunu qed jintroduċu restrizzjonijiet ġodda.
Tlettax-il stat diġà daħħal liġijiet ta’ projbizzjoni, fejn issa bid-deċiżjoni tal-Qorti Suprema, se jagħmlu l-abort illegali.
Qed jiġi kkalkulat li s’issa sitta u tletin miljun mara tilfu d-dritt tal-abort.