Għall-ewwel darba fi tletin sena, is-Senat Amerikan għadda liġi li se tikkontrolla l-armi u x-xiri tal-armi madwar il-pajjiż.
15-il Repubblikan ingħaqdu mad-Demokratiċi fil-Kungress u approvaw din il-liġi b’65 favur u 33 kontra.
Din il-liġi ġiet wara diversi sparaturi fatali li seħħew fl-Istati Uniti, fosthom b’waħda minn tal-aħħar tkun fi skola primarja f’Texas u li ħalliet bosta tfal u għalliema mejta.
Dan l-abbozz ta’ liġi issa jrid jgħaddi quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti qabel mal-President Amerikan Joe Biden jiffirmah u jidħol fis-seħħ.
Dawn ir-riformi fil-liġi jinkludu spezzjonijiet aktar stretti fuq żgħażagħ ta’ anqas minn 21 sena u fond ta’ 15-il biljun dollaru għal programmi dwar saħħa mentali u anke sabiex jissaħħu s-sistemi ta’ sigurtà fl-iskejjel.
Il-liġi qed issejjaħ ukoll lill-istati kollha sabiex jieġdu l-liċenza u l-armi mingħand persuni li jkunu meqjusa ta’ theddida għall-komunità.
Dan filwaqt li twaqqaf il-bejgħ tal-armi għall-persuni li huma akkużati bi stupru.