Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza li kienet ngħatat f’kawża ċivili f’Jannar tas-sena l-oħra li fiha mara li kienet ġiet iffilmjata bla ma kienet taf waqt li kienet involuta f’attività sesswali meta kienet għadha taħt l-età ngħatat aktar minn €32,000 f’danni.
Is-sentenza, li nqatgħet 14-il sena wara li kien seħħ l-inċident trawmatiku, kienet ġiet appellata minn tnejn mill-konvenuti.
Dak iż-żmien, il-mara kienet f’relazzjoni ma’ wieħed mill-ħamest irġiel li fetħet kawża ċivili kontrihom biex tfittixhom għad-danni għat-trawma psikoloġika li kkawżawlha. Hija kienet ġiet iffilmjata waqt li kien qed ikollha x’taqsam ma’ dak li dak iż-żmien kien in-namrat tagħha. Il-filmat kompromettenti mbagħad ġie kkupjat għal fuq DVDs li tpoġġew fiċ-ċirkulazzjoni f’ħanut tad-DVDs.
Għall-mara dehru l-avukati Veronique Dalli u Andrew Saliba.