Mart in-Nutar Ivan Barbara, li miet f’April tas-sena l-oħra bil-Covid waqt li kien l-Indja jiffinalizza adozzjoni ta’ tifel, qed tfittex mara li fuq Facebook qaltilha li hi ħalliela b’allegazzjonijiet ta’ defamazzjoni.
Il-kumment, ‘ħalliela u missha tmur il-ħabs’, li l-mara għamlet fil-konfront ta’ Barbara Zarb, sar fil-kuntest ta’ grupp ta’ persuni fuq Facebook li allegatament kienu vittmi tar-reati ta’ Barbara.
Dan il-grupp ta’ vittmi, li n-Nutar kellu jagħtihom madwar mija u ħamsa u sittin elf ewro b’rabta ma’ konvenji, inħoloq biex huma jkunu jistgħu jħallsu l-ispejjeż tal-Qorti.
Il-każ mistenni jibda jistema’ nhar is-sitta ta’ Lulju quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.