Raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Fgura.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja fi Triq A.M Valperga, meta r-raġel, li x’aktarx huwa barrani, waqa fis-sit fejn kien qed jaħdem.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI