Fit-2 ta’ Lulju, fit-Teatru ta’ San Vincens De Paule se jsir konkors tal-kant fejn 23 finalist, li l-eta’ tagħhom tvarja bejn 8 snin u 40 sena jagħtu l-prestazzjoni tagħhom. Dan il-konkors se jsir b’risq Fondazzjoni Nazareth biex tkun tista’ tinġabar somma sabiħa biex ikompli x-xogħol fuq id-djar tagħhom b’risq persuni b’dizabillita.
Dan il-konkors se jkun qed jikkonsisti fuq kanzunetti bil-lingwa Maltija, b’varjeta kbira ta’ kanzunetti, b’talent kbir. Il-mistieden speċjali se jkun Renato. Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn showshappening.com
Segwi hawn messaġġ mill-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, President tal-Fondazzjoni Nazareth