It-team malti tal-Għawm Artistiku jinsab f’Budapest l-Ungerija fejn fi tmiem il-ġimgħa se jibda l-impenji tiegħu fil-Kampjonat tad-Dinja FINA. Din hija parteċipazzjoni storika għal Malta għax se tkun l-ewwel waħda fil-Kampjonat tad-Dinja.
Malta se tkun rappreżentata mill-għawwiema Ana Culic u Thea Blake. It-tnejn li huma se jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tad-doppji filwaqt li Culic se tieħu sehem ukoll f’dik individwali.
It-team malti huwa mmexxi mill-coaches Michelle Hubner u Hannah Preca Trapani.
L-atleti se jkunu qed jikkompetu fl-avvenimenti Solo u Duet. L-iskeda tal-avvenimenti tagħhom hija dettaljata hawn taħt: –
17 ta’ Ġunju | 09:00 Preliminari Tekniku Solo – Ana Culic (it-tielet atleta) |
13:00 Dwett Tekniku Preliminari Grupp B – Thea Blake u Ana Culic (id-9 par) | |
20 ta’ Ġunju | 09:00 Solo Free Preliminari – Ana Culic (ir-4 Bidu) |
21 ta’ Ġunju | 09:00 Duet Free Grupp Preliminari B – Thea Blake u Ana Culic (29 Par) |
Il-Kampjonati ser jkunu qedin jintwerew fuq https://swimmingtv.live/ Joe Caruana Curran, President tal-ASA, ukoll ser jkun preżenti ġewwa Budapest jattendi l-Kungressi tal-FINA u l-COMEN.