Wara li rapporti fil-midja qalu li pajjiżna se jkun qed jitneħħa mill-lista l-griża tal-FATF, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Gvern se jkun qed jirrispetta l-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-proċess.
Il-Plenarja tal-FATF għadha għaddejja u mistennija tintemm nhar il-Ġimgħa.
Għaldaqstant, il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jkun qiegħed jirrispetta l-proċess kollu u mhux se jagħmel kummenti qabel ma l-FATF toħroġ il-konklużjonijiet uffiċjali dwar pajjiżna.
Madanakollu, il-Prim Ministru qal li, dwar dan, il-Gvern dejjem kien kommess li jimplimenta r-riformi kollha meħtieġa biex pajjiżna jibqa’ jissaħħaħ bħala ġuriżdizzjoni serja.
Nisimgħu issa x’qal il-Prim Ministru Robert Abela dwar dan, quddiem il-Parlament.
Sewgi x’qal il-Prim Ministru: