Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organizzat il-Gran Prix ta’ l-Italja ġewwa Messina. Kien hemm numru tajjeb ta’ plejers Maltin li kienu qed jieħdu sehem.
Jurgen Balzan, Melvin Barun, Spencer Conti u Deister Azzopardi, is-sibt kienu qed jieħdu sehem fil-kategorija Open. Jurgen Balzan kien l-iktar li avvanza. Balzan tilef mal-aħħar sittax kontra S. Mandanici 2-3.
Jason Pisani, John Zammit, Adrian Bonnici, Frank Chetcuti u Steve Austin ħadu sehem fil-kategorija tal-Veterani. L-iktar li avvanza kien John Zammit li tilef fil-kwarti tal-finali kontra Daniel Sheen 2-3.
Il-Ħadd kien hemm il-kompetizzjonijiet tat-timijiet fejn żewġ timijiet Maltin kienu qed jieħdu sehem, Bormla SC u Valletta Lions TFC. It-tnejn waslu sal-kwarti tal-finali.
Bormla SC kien iffurmat minn, Jason Pisani, John Zammit, Melvin Barun u Pierre De leeuw. Bormla SC tilfu kontra Barcelona 1-2. Valletta Lions TFC kien iffurmat minn, Adrian Bonnici, Steve Austin, Spencer Conti, De Jong, Frank Chetcuti u Deister Azzopardi. Valletta Lions TFC tilfu kontra Bagheria 1-1 b’differenza ta’ gowl.
Jurgen Balzan kien qed jieħu sehem mat-tim Belġjan ST Stembert. ST Stembert wasslu sas-semifinali, fejn tilfu kontra Royal 78 bl-iskor ta’ 1-2.