Żewġ uffiċjali tal-Pulizija ġew sospiżi u nħarġu akkużi kriminali fil-konfront tagħhom wara li ntemmet Inkjesta Maġisterjali kif ukoll l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Dan il-każ imur lura għall-24 ta’ Ġunju tal-2020, meta raġel ta’ 35 sena mill-Imtarfa miet wara li tah attakk waqt li kien qed jinżamm fil-lock-up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana. Ir-raġel kien ġie arrestat wara li kien allegatament instab li kellu fuqu d-droga.
Il-kawża fil-konfront ta’ dawn iż-żewġ uffiċjali se tibda tinstema’ fil-jiem li ġejjin quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.
Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija ntqal li, f’dan l-istadju, ma jkunx prudenti li l-Korp tal-Pulizija jagħmel iżjed kummenti dwar dan il-każ sabiex ma jippreġudikax il-kors tal-ġustizzja