Matul il-ġurnata tat-Tlieta saru magħrufa l-avversarji tal-erba timijiet Maltin li ftit tal-ġranet oħra jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet Ewropej.
Iċ-ċampjins tal-Kampjonat Premier Malti Hibernians FC ser jilgħabu kontra Shamrock Rovers tal-Irlanda fl-ewwel rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Champions League. L-ewwel leg ser tintlagħab fl-Irlanda fil-5 jew fil-6 ta’ Lulju filwaqt li t-tieni leg tintlagħab f’pajjiżna fil-12 jew it-13 ta’ Lulju.
Floriana FC, Hamrun Spartans FC u Gżira United FC ser jikkompettu fil-UEFA Conference League bl-avversarji wkoll isiru magħrufa wara nofsinhar.
Floriana FC ser jiltaqaw kontra Petrocub-Hîncești tal-Moldova, Hamrun Spartans ser jilgħabu kontra Aleshkert tal-Armenja filwaqt li Gżira United FC ser jikkonfrontaw lill-Atlètic Club d’Escaldes ta’ Andorra.
Il-partiti ser jintlagħbu fil-7 u l-14 ta’ Lulju.