Il-Malti/Awstraljan Aidan Buttigieg wera l-potenzjal tiegħu meta spiċċa l-ewwel fil-kategorija prinċipali tal-Elite meta temm l-erba’ laps tiegħu fuq distanza ta’ 16 km fil-Bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ f’ħin ta’ 24 minuta. Din kienet it-tieni rebħa għal Buttigieg fi ftit jiem f’pajjiżna meta t-Tnejn li għaddew huwa rebaħ ukoll it-Time Trail organizzata mill-Gozo Cycling Club fit-telgħa ta’ Għajn Mhelhel, iż-Żebbuġ Ghawdex fejn anke waqqaf rekord ġdid għal dik it-tiġrija.
Intant wara Aiden Buttiegieg spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti tat-Team Greens, Clive Ebejer (24:18:92) u Etienne Bonello (24:23:08). It-tiġrija tan-Nisa rriżultat f’waħda ddominata minn ċiklisti tat-Team Greens, biċ-champion renjanti Marie Claire Aquilina terġa tispiċċa fuq quddiem f’ħin ta’ 27:29:28. Warajh daħlu Juleanne Vassallo (27:56:29) u Michelle Vella Wood (28:36:02).
Luke Borg ta’ The Cyclist reġa rebaħ il-Kategorija Under 23 f’ħin ta’ 26:35:10. Fit-tieni post spiċċa d-debuttant Daniel Briffa ta’ B’kara St Joseph (28:21:38). Ivan Zammit ta’ B’kara St Joseph rebaħ għal darb’oħra l-Kategorija Masters 40+ f’ħin ta’ 25:18:70. Warajh daħlu rispettivament żewġ ċiklisti tat-Team Greens, Nicholas Schembri (26:10:27) u Gordon Howe (26:37:46). Kevin Muscat ta’ Mosta AF Sign Studio CC minn naħa tiegħu rebaħ għat-tieni darba l-Kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 26:39:13.
Jacob Schembri ta’ Mosta AF Sign Studio CC reġa rebaħ il-Kategorija tal-Juniors (26:28:70). Id-debuttant Ishmael Grima ta’ Shamrock Stars spiċċa l-ewwel fil-Katerorija tal-Under 16 fejn temm it-tliet laps tiegħu f’ħin ta’ 25:33:58. Warajh daħal Matthew Galea ta’ Gozo Cycling Club (27:05:27). Saru wkoll it-tiġrijiet taż-żgħar fuq lap waħda, fejn fil-Kategorija ta’ taħt l-14 –il sena, spiċċa fl-ewwel post Ryan Gatt ta’ The Cyclist (07:09:36). Warajh spiċċaw żewġ ċiklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC, Sean Mercieca (08:04:62) u Jonas Micallef (08:05:29). Fil-Kategorija ta’ taħt it-12 – il sena, tliet ċiklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċaw fl-ewwel postijiet, b’Samwel Gatt joħroġ rebbieħ (08:49:29). Warajh spiċċaw rispettivament Ethan Grech (09:09:95) u Benjamin Bugeja (09:19:90). Nina Debono ta’ Shamrock Stars spiċċat l-ewwel fl-istess kategorija Feminili f’hin ta’ 08:03:80. Warajha spiċċat Katie Vella Wood tat-Team Greens (09:01:52).
Fi tmiem dawn it-tiġrijiet saru l-premjazzjonijiet tal-medalji minn John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.