Taljan ta’ 36 sena ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku waqt li kien qed isuq e-kick scooter f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sagħtejn fi Triq San Ġorġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm Taljan ta’ 36 sena, u Toyota Corolla, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena residenti Birżebbuġa.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.