Wara sena ta’ taqtiegħ il-qalb minħabba l-pandemija, bla xogħol u prattikament mingħajr saqaf fuq rasu, Kersten Graham sab refuġju, għajnuna u spalla emozzjonali f’sieħbu Jean Paul Borg (JPx) fil-mument li ħaseb li kien miss il-qiegħ. Iż-żewġ mużiċisti ħadu l-opportunità u ddeċidew li jużgħu dan iż-żmien biex jiktbu ftit mużika flimkien. Hekk nibtet l-idea li jiktbu kanzunetta għal festival Mużika Mużika, l-ewwel darba li kitbu silta bil-Malti.
Kersten u Jean Paul użaw l-esperjenzi qarsa li kienu għadhom kif għaddew minnhom u l-għajnuna li sabu f’xulxin bħala katalist għal ispirazzjoni tagħhom – b’hekk twieldet ‘Għaliex Jien?’
Il-kanzunetta, għalkemm għandha qafas imsejjes fis- solitudni u d-dieqa, hija diska b’messaġġ ta’ tama u kuraġġ, li ttik kemm ittik il-ħajja, għalkemm tista’ tħossok li qed taqdef dejjem kontra, qatt m’inti waħdek. Dejjem hemm xi ħadd li lest jaqsam il-piż miegħek.
Ara hawn il-kanzunetta ‘Għaliex Jien?’