Il-Ġimgħa wara nofsinhar tħabbret il-mewt ta’ Mark Piscopo magħruf aħjar bħala l-Lullu. Piscopo, raġel deskritt minn dawk kollha midħla tal-futbol lokali bħala ċajtier, kien il-kit manager tat-Tim Nazzjonali Malti A, liema rwol baqa’ jokkupaħ sal-aħħar ġranet.
Mat-tħabbira tal-mewt ta’ Mark Piscopo, kienu bosta li fuq il-medja soċjali wrew s-sogħba tagħhom għal din l-aħbar fosthom plejers u ex-plejers tat-tim nazzjonali Malti, kowċis u ex-kowċis kif ukoll numru kbir ta’ amministraturi ta’ diversi klabbs kif ukoll partitarji.
Kif jiċħdu n-numru ta’ kummenti fuq il-medja soċjali, l-Lullu kien maħbub minn bosta sportivi ewlenin fosthom dawk midħla tal-futbol lokali, partikolarment dawk li kienu jew għadhom jaħdmu f’ħdan l-MFA.
F’isem it-tim kollu tal-programm L-Argument, kondoljanzi lil familja Piscopo u kif dejjem kien jgħid lis-stess Mark Piscopo, kuraġġ!