Żewġt irġiel Brittaniċi u raġel mill-Marokk ingħataw il-piena tal-mewt wara li nqabdu fl-Ukrajna, jiġġieldu kontra forzi Russi.
Dawn is-sentenzi ġew ikkundannati mir-Renju Unit u l-Ukrajna hekk kif jiksru l-liġi internazzjonali li tipproteġi l-priġunieri tal-gwerra. Is-sentenzi nħarġu minn qorti mhux rikonoxxut internazzjonalment f’Donetsk, żona fl-Ukrajna li hi favur ir-Russja.
Il-familji tal-irġiel Brittaniċi saħqu li l-akkużati ilhom jaħdmu fl-armata Ukrena u m’humiex merċenarji, u skont il-midja Russa, l-avukati tal-akkużati jixtiequ jappellaw is-sentenza.
Il-Gvern tar-Renju Unit qal li se jkun qed jaħdem mal-Ukranja sabiex l-irġiel jinħelsu, u mhux eskluż li jkun hemm tpartit ta’ priġunieri sabiex dawn jiġu salvati.