Il-Ħadd, 5 ta’ Ġunju, l-Island Car Club organizza r-4 Round tal-England Insurance, The Point, Transport Malta, MeDirect Bank Malta National Hillclimb Championship fl-Imtahleb.
Mark Micallef fuq Norma kien l-aktar sewwieq veloċi tal-ġurnata, segwit minn Matthew Zammit u Terence Vella, it-tnejn fuq Radicals.
Isaac Burlo kien l-iktar sewwieq veloċi that il-25 sena, Stefanie Calleja kienet l-iktar sewwieq veloċi femminili, Clifford Debono kien l-iktar veloci b’karozza klassika, filwaqt li Silvio Sciberras kien l-aktar sewwieq veloċi ta’ fuq minn 60 sena. Didier Bugeja u Edward Calleja kienu l-aktar veloċi fuq karozzi front-wheel-drive u karozzi rear-wheel-drive, rispettivament. Chris Aquilina kien l-aktar veloċi f’karozza four-wheel-drive, u Konrad Abela saq l-aktar karozza tat-triq veloċi.
It-tellieqa kienet ikkontrollata minn Jeremy Cassar, Josef Abela, Joe Formosa, Susanne Fenech, Gilbert Abela, Ruben Hili, Charlie Dingli u numru ta’ marixxalli.