Sentejn ilu sar proġett pilota f’pajjiżna, bl-isem EFFE; Europe For Festivals, Festivals For Europe. Kien proġett li kiber, hekk kif festivals lokali kkonsolidaw l-istatus kreattiv u l-ispettru internazzjonali tagħhom. Dan minħabba l-possibbiltà ta’ networking għal shubija artistika internazzjonal, li jiggarantixxi kwalità artistika stupenda.
Is-sabiħ ta’ proġett bħal EFFE hu li festivals kbar, bħal m’hu Fringe ta’ Edinburgh, jissieħeb ma’ festivals żgħar, bħall-festival For Music In Gozo.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet illum, tħabbru dawk li jissejħu ‘Malta hub experts’, li se jkunu Denise Mullholand, David Felice u Andrew Alamango.
Dawn huma tlieta minn 300 espert Ewropew li sa Mejju li ġej se jagħzlu liema festivals se jkollhom it-timbru EFFE. Dawn mbaghad jitilgħu Wiesbaden fil-Ġermanja, għal laqgħa ta’ networking. B’kollox hemm spazju għal 250 festival biex japplikaw.
Biex festival ikollu t-timbru EFFE, irid ikollu l-involviment tal-komunità, turija ta’ kapaċità artistika u tema Ewropea.