Sirjan ta’ 26 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li kkaġuna ġrieħi fuq żewġ persuni.
Huwa tressaq il-Qorti t’Għawdex, ppreseduta mill-Maġistrat Bridgette Sultana għall-każ li seħħ nhar il-5 ta’ Ġunju meta f’argument huwa kkaġuna ġrieħi gravi lil Sirjan ieħor u ġrieħi ħfief fuq mara u raġel Pollakki.
Huwa ġie mixli wkoll b’sewqan traskurat u li kiser il-paċi pubblika.
Fil-Qorti l-imputat wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.