L-ispanjol Rafael Nadal qal li minkejja li huwa konxju tal-problemi fiżiċi, se jibqa’ jissielet biex ikompli bil-karriera.
Nadal kien qed jitkellem wara r-rebħa li kiseb fil-finali tal-Open ta’ Franza l-Ħadd wara nofs-in nhar meta għeleb lil Casper Ruud fi straight sets. Rebħa li permezz tagħha Nadal kompla jikteb l-istorja hekk kif rebaħ ir-Roland Garros ghall-erbatax -il darba u fl-eta’ ta’ 36 sena sara l-ixjeħ tennista maskili li qatt rebaħ dan it-turnament.
Ir-rebħa fissret ukoll it-22 Grand Slam tal-karriera.
Suċċess importanti għal Nadal li kien għadu ġej minn injury u li anke tefgħet dubju l-parteċipazzjoni tiegħu f’Pariġi.
Intant il-pollakka Iga Swiateek estendiet il-vantaġġ tagħha fl-ewwel post tal-klassifika internazzjonali tan-nisa grazzi għar-rebħa li kisbet is-sibt fl-istess Open ta’ Franza. Swiatek għandha iktar minn 4,300 punt vantaġġ fuq it-tennista fit-tieni post Anett Kontaveit tal-Estonja.