Qormi Daikin kisbu l-promozzjoni għat-tieni diviżjoni tal-Euro Hockey Challenge meta fil-kumpless ta’ Kirklareli huma għelbu liċ-champions Ungerizi ta’ Epitok 2-1.
Wara r-rebħa fil fażi tal-gruppi kontra Kilppari 2-1 u t-telfa minima ta’ 1-0 kontra Nizip, il-Qriema kienu determinati li joħorġu bir-rebħa minn dan il-konfront deċiżiv. Sa tmiem l-ewwel żewġ quarters Qormi kienu 2-0 minn fuq.
L-Ungerizi ħarġu aggressivi fit-tieni parti tal-logħba u saħansitra naqqsu l-marġni ta l-iskor bid-difiża Maltija li żammet sabiex ħarġet mill-grawnd bir-rebħa finali. Protagonista għal Qormi kien Keith Bajada li skorja doppjetta b’Epitok li naqqsu l-iskor minn Marton Weeselenyi.